Inħobbkom
Ktieb ġdid dwar Monsinjur Victor Grech li se jkun imniedi fil-jiem li ġejjin. Pubblikazzjoni ta’ Caritas Malta b’aktar minn 300 paġna li tinkludi diversi kitbiet minn persuni li għexu qrib ħafna tiegħu – staff tal-Caritas, residenti, voluntieri, kif ukoll esperjenzi u rakkonti mill-komunità tal-parroċċa Tal-Ibraġ fejn għex l-aħħar snin ta’ ħajtu.Il-ktieb jinkludi wkoll intervista esklussiva ma’ Monsinjur Victor Grech, li kienet l-aħħar waħda tiegħu lill-media u li qatt ma kienet pubblikata qabel.
Jinkludi wkoll ammont kbir ta’ ritratti li ħafna minnhom qed jidhru għall-ewwel darba u sezzjoni ta’ tifkira tal-aħħar tislima lil Dun Victor fil-funeral kbir organizzat mill-Istat. INĦOBBKOM jinkludi wkoll sezzjoni b’ammont ta’ riflessjonijiet ta’ Monsinjur Grech fuq siltiet mill-Evanġelju, kitbiet ukoll esklussivi li qatt ma kienu pubblikati qabel.
Min irid jakkwista l-ktieb ‘INĦOBBKOM’ jista’ jagħmel dan billi jżur il-ħwienet tal-Agenda Bookshop jew iżur is-sit: https://agendabookshop.com/products/inhobbkom-dun-victor-grech


