"Inħobbkom"

Ktieb ġdid dwar Monsinjur Victor Grech

"Inħobbkom"

Ktieb ġdid dwar Monsinjur Victor Grech li se jkun imniedi fil-jiem li ġejjin. Pubblikazzjoni ta' Caritas Malta b'aktar minn 300 paġna li tinkludi diversi kitbiet minn persuni li għexu qrib ħafna tiegħu - staff tal-Caritas, residenti, voluntieri, kif ukoll esperjenzi u rakkonti mill-komunità tal-parroċċa Tal-Ibraġ fejn għex l-aħħar snin ta' ħajtu.Il-ktieb jinkludi wkoll intervista esklussiva ma' Monsinjur Victor Grech, li kienet l-aħħar waħda tiegħu lill-media u li qatt ma kienet pubblikata qabel.

Jinkludi wkoll ammont kbir ta' ritratti li ħafna minnhom qed jidhru għall-ewwel darba u sezzjoni ta' tifkira tal-aħħar tislima lil Dun Victor fil-funeral kbir organizzat mill-Istat. INĦOBBKOM jinkludi wkoll sezzjoni b'ammont ta' riflessjonijiet ta' Monsinjur Grech fuq siltiet mill-Evanġelju, kitbiet ukoll esklussivi li qatt ma kienu pubblikati qabel. Bi pjaċir inħabbru li l-kotba kollha stampati nbiegħu kollha u minħabba talba kbira li għandna ġie deċiż li jkunu stampati aktar kopji tal-ktieb. Għalhekk se nkunu qed naċċettaw ordnijiet ġodda.

Jekk tixtieq tibbukkja l-kopja tiegħek, imla din il-formola bid-dettalji tiegħek u minn nhar it-Tnejn l-1 ta' Diċembru tista' tiġbor il-ktieb minn Caritas Community Centre, Triq Mountbatten, il-Ħamrun għal donazzjoni ta' 30 Ewro.

Name
0,00 €

"Tiġġudikax lin-nies imma ħenn u ħobbhom... u iktar milli tħenn, li tħobbhom"

Dun Victor Grech