Għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u korpi kostitwiti jippreżentaw petizzjoni lill-Parlament biex jiġi emendat l-abbozz ta’ liġi dwar il-kannabis

Għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-setturi kollha tas-soċjetà u firxa wiesgħa ta’ msieħba soċjali ppreżentaw petizzjoni lill-Parlament fl-aħħar tentattiv biex jikkonvinċu lill-Gvern biex jintroduċi qafas regolatorju aktar b’saħħtu ladarba iddeċieda li jgħaġġel abbozz ta’ liġi li jirregola l-użu tal-kannabis. Il-petizzjoni ġiet approvata wkoll mill-Eċċellenza Tagħha Marie Louse Coleiro Preca, President Emeritus. Għadd ta’ akkademiċi mill- Università ta’ Malta u individwi oħra ingħaqdu wkoll mal-organizzazzjonijiet biex jiffirmaw il-petizzjoni.
L-organizzazzjonijiet iddeċidew li jagħmlu dan l-aħħar tentattiv peress li jemmnu li din il-kwistjoni hija waħda kritika b’implikazzjonijiet estensivi għas-soċjetà. Il-Gvern injora bosta emendi raġonevoli u bilanċjati u insista li jgħaddi qafas regolatorju dgħajjef ħafna li jirriskja li jħalli impatt negattiv kbir fuq is-soċjetà tagħna, speċjalment fost it-tfal, iż-żgħażagħ u l-aktar vulnerabbli.
Il-petizzjoni titlob lill-Parlament biex jemenda l-abbozz ta’ liġi billi jemenda sitt aspetti tal-liġi. L-għan huwa li jinħoloq qafas regolatorju aktar b’saħħtu u jittaffew ir-riskji possibbli għas-soċjetà li din il-liġi tista’ ġġib magħha. Is-sitt punti li qed jiġu proposti huma dawn li ġejjin:
• tiżdied l-età meta l-konsum tal-kannabis isir legali permezz tal-Abbozz minn 18 għal 25;
• tiżdied d-distanza tal-klabbs tal-kannabis minn skejjel, ċentri taż-żgħażagħ u istituzzjonijiet post-sekondarji minn sempliċi 250 metru għal kilometru;
• tirdoppja l-multi għat-tipjip tal-kannabis quddiem it-tfal u fil-pubbliku;
• titneħħa l-possibbiltà permessa fil-liġi li l-kannabis titkabbar f’residenzi maġenb l-iskejjel;
• tiġi regolata l-ammont ta’ THC permess fil-kannabis;
• titneħħa r-referenza għall-kampanji edukattivi msemmija fl-Abbozz ta’ Liġi biex tinżamm b’mod ċar is-sitwazzjoni preżenti fejn il-kampanji tal-Gvern dwar l-użu tad-droga jiffokaw esklussivament fuq miżuri ta’ prevenzjoni li jispjegaw ir-riskji tal-użu tal-kannabis.
Il-petizzjoni qed titlob lill-Membri Parlamentari biex jisimgħu l-vuċijiet tal-organizzazzjonijiet kollha, korpi kostitwiti, esperti mediċi, edukaturi, professjonisti mill-qasam psikosoċjali, akkademiċi, organizzazzjonijiet b’snin ta’ esperjenza fil-qasam tal-prevenzjoni tad-droga, eks-users tad-droga u ħafna oħrajn li kollha esprimew it-tħassib serju tagħhom dwar din il-liġi proposta.
F’dan l-istadju tard fid-dibattitu parlamentari, l-organizzazzjonijiet u l-individwi, li jirrappreżentaw eluf ta’ partijiet interessati, qed jagħmlu appell qawwi lin-naħa tal-Membri Parlamentari biex jirriflettu fuq ir-riperkussjoni negattiva wiesgħa li din il-liġi tista’ ġġib fuq is-soċjetà tagħna u biex tal-anqas jintroduċu dawn emendi mitiganti.
L-organizzazzjonijiet u l-individwi li qed jippreżentaw il-petizzjoni huma dawn li ġejjin:
1. Caritas Malta
2. OASI Foundation
3. Malta Employers’ Association (MEA)
4. Malta Chamber of Commerce and Industry
5. Medical Association of Malta (MAM)
6. Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN)
7. Malta Chamber of Pharmacists
8. Gozo Business Chamber
9. Malta Association of Social Workers
10. Malta Association of Psychiatry
11. Secretariat for Catholic Education (SfCE)
12. Church Schools’ Association
13. Gozo Tourism Association
14. Richmond Foundation
15. Zghazagh Azzjoni Kattolika ZAK
16. Azzjoni Kattolika
17. Malta Girl Guides
18. Home Away from Home
19. National Foster Care Association Malta
20. National Parents Society for Persons with Disability
21. St Jeanne Antide Foundation
22. Paolo Freire Institute
23. Millennium Chapel
24. SOS Malta
25. Dar Merhba Bik
26. Youth Alive Foundation
27. Social Assistance Secretariat
28. Kummissjoni Djocesana Djakonija
29. Dar tal-Providenza
30. Society St Vincent De Paule
31. Church Homes for the Elderly
32. Ufficcju Hidma Pastorali mal-Persuni Separati
33. Mater Dei and Sir Anthony Mamo Oncology Centre Chaplains
34. RISE Foundation
35. Dar Hosea
36. Peace and Good Foundation
37. Migrants Commission
38. Kummissjoni Gustizzja u Paci
39. Osanna Pia Foundation
40. Fondazzjoni Sebħ
41. Life Network Foundation
42. Karl Vella Foundation
43. Malta CAN (Children’s Associations Network)
44. National Association of Pensioners
45. H.E. President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca
46. Professor Andrew Azzopardi, Dean, Faculty of Social Wellbeing, UoM
47. Dr Claire Azzopardi Lane, Deputy Dean, Faculty of Social Wellbeing, UoM
48. Dr Colin Calleja, Dean, Faculty of Education, UoM
49. Dr Michelle Attard Tonna, Deputy Dean, Faculty of Education, UoM
50. Dr Sandra Scicluna, Head, Department of Criminology, Faculty for Social Wellbeing UoM
51. Georgina Debattista, Visiting Senior Lecturer, Faculty for Social Wellbeing, UoM
52. Max Cassar, Department of Psychology, UoM
53. Angela Caruana – Children’s Rights Activist
PETIZZJONI
Ilment
Il-Kamra tad-Deputati bħalissa qed tikkonkludi d-dibattitu dwar l-Abbozz ta’ Liġi Nru 241 bit-titolu
“Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Cannabis”. Minkejja bosta emendi raġonevoli u bilanċjati
proposti mill-organizzazzjonijiet u l-individwi rappreżentati minn din il-petizzjoni, in-naħa tal-Gvern
irrifjutat li tikkunsidra kwalunkwe minn dawn is-suġġerimenti u baqgħet tinsisti biex tgħaddi qafas
regolatorju dgħajjef ħafna li jirriskja li jħalli impatt negattiv kbir fuq is-soċjetà tagħna, speċjalment
fost it-tfal, iż-żgħażagħ u l-aktar vulnerabbli.
Għalhekk nitolbu b’rispett lill-Kamra tad-Deputati biex temenda l-Abbozz ta’ Liġi Nru 241 imsemmi
hawn fuq biex tqis il-punti li ġejjin li joħolqu qafas regolatorju aktar b’saħħtu u jtaffu r-riskji possibbli
għas-soċjetà li din il-liġi tista’ ġġib magħha:
• tiżdied l-età meta l-konsum tal-kannabis isir legali permezz tal-Abbozz minn 18 għal 25;
• tiżdied id-distanza tal-klabbs tal-kannabis minn skejjel, ċentri taż-żgħażagħ u istituzzjonijiet
post-sekondarji minn sempliċi 250 metru għal kilometru;
• tirdoppja l-multi għat-tipjip tal-kannabis quddiem it-tfal u fil-pubbliku;
• titneħħa l-possibbiltà permessa fil-liġi li l-kannabis titkabbar f’residenzi maġenb l-iskejjel;
• tiġi regolata l-ammont ta’ THC permess fil-kannabis;
• titneħħa r-referenza għall-kampanji edukattivi msemmija fl-Abbozz ta’ Liġi biex tinżamm
b’mod ċar is-sitwazzjoni preżenti fejn il-kampanji tal-Gvern dwar l-użu tad-droga jiffokaw
esklussivament fuq miżuri ta’ prevenzjoni li jispjegaw ir-riskji tal-użu tal-kannabis.
Rimarki tal-għeluq
Matul id-dibattitu pubbliku madwar din il-liġi, il-Gvern sema’ minn organizzazzjoni waħda biss favur
il-kannabis u injora l-ħafna organizzazzjonijiet, korpi kostitwiti, esperti mediċi, professjonisti millqasam psikosoċjali, akkademiċi, organizzazzjonijiet b’snin ta’ esperjenza fil-qasam tal-prevenzjoni
tad-droga, eks-users tad-droga u ħafna oħrajn li lkoll esprimew it-tħassib serju tagħhom dwar din illiġi proposta.
F’dan l-istadju tard tad-dibattitu parlamentari, l-assoċjazzjonijiet u l-individwi hawn taħt iffirmati, li
jirrappreżentaw eluf ta’ partijiet interessati, qed jagħmlu appell qawwi lin-naħa tal-Membri
Parlamentari biex jirriflettu fuq ir-riperkussjoni negattiva wiesgħa li din il-liġi tista’ ġġib fuq is-soċjetà
tagħna u biex jintroduċu dawn il-miżuri mitiganti.
1. Caritas Malta
2. OASI Foundation
3. Malta Employers’ Association (MEA)
4. Malta Chamber of Commerce and Industry
5. Medical Association of Malta (MAM)
6. Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN)
7. Malta Chamber of Pharmacists
8. Gozo Business Chamber
9. Malta Association of Social Workers
10. Malta Association of Psychiatry
11. Secretariat for Catholic Education (SfCE)
12. Church Schools’ Association
13. Gozo Tourism Association
14. Zghazagh Azzjoni Kattolika ZAK
15. Azzjoni Kattolika
16. Malta Girl Guides
17. Home Away from Home
18. National Foster Care Association Malta
19. National Parents Society for Persons with Disability
20. St Jeanne Antide Foundation
21. Paolo Freire Institute
22. Millennium Chapel
23. SOS Malta
24. Dar Merhba Bik
25. Youth Alive Foundation
26. Social Assistance Secretariat
27. Kummissjoni Djocesana Djakonija
28. Dar tal-Providenza
29. Society St Vincent De Paule
30. Church Homes for the Elderly
31. Ufficcju Hidma Pastorali mal-Persuni Separati
32. Mater Dei and Sir Anthony Mamo Oncology Centre Chaplains
33. RISE Foundation
34. Dar Hosea
35. Peace and Good Foundation
36. Migrants Commission
37. Kummissjoni Gustizzja u Paci
38. Osanna Pia Foundation
39. Fondazzjoni Sebħ
40. Life Network Foundation
41. Karl Vella Foundation
42. Malta CAN (Children’s Associations Network)
43. National Association of Pensioners
44. H.E. President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca
45. Professor Andrew Azzopardi, Dean, Faculty of Social Wellbeing, UoM
46. Dr Claire Azzopardi Lane, Deputy Dean, Faculty of Social Wellbeing, UoM
47. Dr Colin Calleja, Dean, Faculty of Education, UoM
48. Dr Michelle Attard Tonna, Deputy Dean, Faculty of Education, UoM
49. Dr Sandra Scicluna, Head, Department of Criminology, Faculty for Social Wellbeing UoM
50. Georgina Debattista, Visiting Senior Lecturer, Faculty for Social Wellbeing, UoM
51. Max Cassar, Department of Psychology, UoM
52. Angela Caruana – Children’s Rights Activist