F’San Blas jiġi ċċelebrat il-karnival

    

Nhar il-Ħadd waranofsinhar il-Komunitajiet residenzjali kontra l-abbuż ta’ Droga ta’ Caritas Malta, iċċelebraw il-Karnival fiċ-Ċentru ta’ San Blas.

Kull Komunità kellha tagħżel tema u wkoll tieħu ħsieb li tibni karru, isiru l-kostumi minn materjal riċiklat u wkoll jippreparaw żifna.

Ħadu sehem 4 t’idjar; Żewġ teams mill-programm ta’ San Blas, team mill-Prison Inmates Programme u wkoll minn Dar Charles Miceli.

It-temi magħżula mir-residenti kienu jirriflettu s-sentiment ta’ xi jfisser li persuna mit-triq tagħżel li tiġi tagħmel programm u ssib lilha nnifisha.

It-temi kienu kif ġej:

Prison Inmates Programme – Wind of Change –

Jien u sħabi flimkien dħalna programm għax konna qbadna n-niżla u l-karru li għamilna jirrappreżenta r-riħ tal-bidla.

Dar Charles Miceli – Life Line

Mill-mewt għall-ħajja, fl-inżul u t-tlajja’, sibna t-triq biex komplejna għall-ħajja.

San Blas A – Revivals

Għajn ta’ għajnuna u l-Caritas ħajjitna lura qed ituna.

San Blas B – Recovery is beautiful

Meta l-problemi rikbuna, ġejna l-Caritas u qed ifejquna

Għal din l-attività ġew mistiedna familjari bit-tfal tar-residenti u kienet attività li ġabet il-komunitajiet flimkien. F’kumment li qal il-head ta’ San Blas Jeffrey Muscat, esprima li l-attività hija mmirata biex il-komunitajiet flimkien jingħaqdu u b’mod krettiv u fl-istess waqt b’mod terapwetiku toħloq b’mod sempliċi atmosfera ta’ ċelebrazzjoni biex tgħin lir-residenti jagħrfu li l-vjaġġ għal ħajja differenti u r-recovery huma dak li jnisslu l-ferħ ta’ veru.

Id-direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt, irringrazzja lil l-istaff li jorganizzaw attivitajiet bħal dawn, attivitajiet li b’mod konkret iwasslu l-messaġġ li possibbli tiddeverti u tiċċelebra b’mod mill-iktar ġenwin u f’sensi sani li finalment iwasslu għall-saħħa mentali sana u b’saħħitha.