Caritas Malta Tirċievi €29,000 mid-dividends ta’ Diċembru 2024 tal-PG Group

Caritas Malta bi pjaċir tħabbar li rċeviet €29,250 (wara t-taxxa €19,097.23) mit-tqassim ta’ dividends ta’ Diċembru mill-PG Group, li jimmarka pass ieħor importanti fil-ħidma ta’ Caritas Malta mal-kumpanija. Dawn id-dividends ġejjin minn ishma li ġenerożament għaddew lil Caritas Malta ħames snin ilu mill-fundatur tal-Grupp, is-Sur Paul Gauci.
Din l-inizjattiva tirrifletti l-impenn dejjiemi tas-Sur Gauci u l-familja tiegħu lejn ir-responsabbiltà soċjali u l-benesseri tal-komunità. Mill-mument li ġew mogħtija dawn l-ishma, Caritas Malta rċeviet dividendi kull sitt xhur f’Lulju u f’Diċembru, li jipprovdu sors stabbli u affidabbli ta’ dħul għall-missjoni tal-organizzazzjoni li tappoġġa lil dawk l-aktar fil-bżonn fis-soċjetà Maltija.
Is-Sur Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta, ikkummenta:
“Il-kontinwità u l-affidabbiltà ta’ dawn id-dividendi jagħtuna opportunità unika biex nippjanaw l-inizjattivi tagħna b’aktar ċertezza u niffokaw aktar fuq xogħol li jagħmel differenza fil-komunità tagħna. Il-viżjoni u l-ġenerożità tas-Sur Gauci jkomplu jispirawna u jsaħħu l-abbiltà tagħna li nilħqu lill-aktar persuni vulnerabbli tas-soċjetà. Id-dividendi mill-PG Group joffru lil Caritas Malta sostennibbiltà finanzjarja, li jippermettilna nkomplu nevolvu s-servizzi tagħna. Dan is-sapport jindirizza servizzi għal persuni li jesperjenzaw il-faqar, kriżijiet soċjali, u wkoll persuni li huma bla saqaf fuq rashom jew fis-solitudni. Kull inizjattiva għandha l-fiduċja u l-appoġġ tal-benefatturi tagħna.”
Caritas Malta tesprimi gratitudni lejn is-Sur Paul Gauci, l-familja tiegħu u lill-PG Group għall-appoġġ kontinwu tagħhom, li huwa xhieda tas-saħħa tal-kollaborazzjoni bejn is-settur korporattiv u l-organizzazzjonijiet volontarja soċjali.
Caritas Malta tibqa’ impenjata li tkun dawl ta’ tama u appoġġ fil-komunità, u din is-sħubija imprezzabbli tiżgura li tkomplija għal differenza fil-ħajjiet ta’ dawk li għandhom l-iktar bżonn.