Cleaner shores, clearer futures: A socio-educational initiative involving outdoor learning and social engagement within Caritas Malta’s residential services (VOPS 6/2021).
Matul din l-aħħar sena, Caritas Malta, grazzi għall-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS), daħlet fi proġett imsejjaħ “Cleaner shores, clearer futures: A socio-educational initiative involving outdoor learning and social engagement within Caritas Malta’s residential services” (VOPS 6/2021).
Permezz ta’ fondi mogħtija minn din l-iskema ġew akkwistati numru ta’ kayaks għall-użu fil-Komunitajiet Terapewtiċi ta’ Caritas.
Permezz ta’ dan il-proġett numru ta’ staff ta’ Caritas Malta ngħata taħriġ fl-użu tal-kayaks biex ikun jista’ jmexxi residenti f’attivita ta’ grupp bil-kayaks.
L-iskop ta’ dawn l-attivitajiet hu li r-residenti jiskopru modi rikkreattivi ġodda, li jservi ta’ attività fiżika u fl-istess waqt ikunu qed jagħtu lura lill- komunità permezz ta’ skart li jinġabar mill-baħar waqt din l-attività.
Dawn l-attivitajiet ġew organizzati matul it-terminu ta’ dan il-proġett u se jkomplu jiġu msaħħa matul is-sena u snin li ġejjin.
Waqt dan il-proġett inħadem ukoll karru biex ikunu jistgħu jinġarru l-kayaks. Dan il-karru nħadem ġewwa l-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi mir-residenti u l-ħaddiema fl-istess Aġenzija.