Pre-Baġit 2027 – Caritas Malta – Ekonomija b’Qalb Soċjali, Inklussiva u Ekoloġika
October 15, 2026Lil Hinn minn Miżuri Ekonomiċi u Soċjali: X’Tip ta’ Soċjetà Qegħdin Nibnu?
Caritas Malta tilqa’ b’sodisfazzjon il-firxa ta’ miżuri soċjali mħabbra fil-Budget 2027 li jagħrfu l-importanza ta’ investiment kontinwu fil-ġid tal-individwi, il-familji u l-komunitajiet.
Caritas Malta tirrikonoxxi:
- Iż-żidiet fil-pensjonijiet u fil-paga minima, l-appoġġ għal persuni b’diżabilità, is-sostenn tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal żgħażagħ li jeħtieġu programmi ta’ riabilitazzjoni fit-tul, kif ukoll aktar għajnuna għal familji fil-bżonn.
- Is-sussidji fuq l-enerġija jibqgħu miżura importanti biex jiżammu taħt kontroll iż-żidiet fl-ispiża tal-għajxien ta’ kuljum.
- L-aġġornament ta’ tax brackets bil-għan li jsostni b’mod finanzjarju lill-familji bit-tfal.
- L-impenn tal-gvern għal kollaborazzjoni kontinwa ma’ diversi NGOs b’għan soċjali, permezz ta’ service agreements eżistenti u ġodda, huwa wieħed ta’ min ifaħħru.
- L-appoġġ tal-gvern lill-NGOs jikkontribwixxi direttament għal involviment akbar fil-volontarjat u għall-impenn soċjali favur il-ġid komuni fis-soċjetà tagħna.
- Ir-referenza għal-low wage commission u l-ħidma tagħha biex tkompli tevalwa l-paga minima.
- Iż-żieda fit-tariffi relatati mar-reġistrazzjoni ta’ dgħajjes privati għar-rikreazzjoni tidher li hija bħala ġusta fid-dawl tas-sussidji sinifikanti fuq il-fuel.
- Wieħed jittama wkoll li ż-żieda fl-eko-tax, bil-għan li jitnaqqsu l-effetti ekonomiċi, soċjali, infrastrutturali u ambjentali negattivi ta’ turiżmu ta’ volum għoli u rendiment baxx, tilħaq ukoll l-effett mixtieq tagħha.
Min-naħa l-oħra, Caritas Malta tesprimi t-tħassib tagħha dwar il-mod ta’ kif ġew indirizzati ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs). Fosthom il-miżuri li jimponu tariffi u ħlasijiet għal servizzi li qabel kienu jiġu offruti mingħajr ħlas jirriskjaw li jkomplu jsaħħu d-distinzjoni bejn dawk huma meqjusa bħala denji bis-sħiħ tad-dinjità u l-protezzjoni soċjali u dawk li l-preżenza tagħhom f’Malta hija meqjusa primarjament minn perspettiva ekonomika jew tal-isfruttament ekonomiku.
Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi illum huma parti essenzjali mill-ekonomija u mis-soċjetà tagħna. Sfortunatament, huma grupp partikolarment vulnerabbli, fejn sehem sostanzjali tal-ħaddiema migranti f’Malta kienu esposti għal arranġamenti ta’ xogħol prekarju, sfruttament u ksur tad-drittijiet tagħhom fuq il-post tax-xogħol. Dawn jinkludu prattiċi li għadhom jippersistu sal-lum il-ġurnata bħal; pagi ferm aktar baxxi u n-nuqqas li tingħata l-paga doppja legalment dovuta għal xogħol imwettaq nhar ta’ Ħadd u festi pubbliċi. Għaldaqstant, iż-żieda fil-pressjonijiet ekonomiċi fuq iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi tkompli żżid il-piż li ħafna minnhom diġà qed iġorru, partikolarment meta wieħed iqis ukoll l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni mikrija u l-għoli tal-ħajja ta’ kuljum.
Miżuri relatati maċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jistgħu, anke mingħajr intenzjoni, jsaħħu l-perċezzjoni li dawn huma bnedmin ta’ valur inqas, jirriskjaw li jagħmlu ħsara lill-valuri fundamentali ta’ dinjita’, tas-solidarjetà, il-ġustizzja u l-kompassjoni li storikament sawru lis-soċjetà Maltija. Miżuri bħal dawn jirriskjaw li jkomplu jkabbru d-diviżjonijiet u jesponu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal riskju akbar ta’ atteġġjamenti u prattiċi diskriminatorji fl-impjieg minn dawk li jfittxu li jisfruttawhom.
Malta kienet minn ta’ quddiem fit-tkabbir ekonomiku u ppreżentat baġits konsekuttivi b’sensittività soċjali. Dan m’għandux jiġi a skapitu taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jista’ jwassal għal sentimenti razzisti jew diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom. Wieħed jittama wkoll għal infurzar aktar effettiv u msaħħaħ sabiex, jitrażżnu dawk li jimpjegaw u li għadhom jisfruttaw liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Irridu nkomplu kollettivament niġġieldu l-abbuż li dawn in-nies qed issofru ta’ kuljum mingħajr ma jiġu mismugħa.
Bħala konklużjoni, Caritas Malta tirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi reali li jirriżultaw mit-tkabbir tal-popolazzjoni. Dan jirrikjedi miżuri biex jiġi ġestit dan it-tkabbir, inkluża l-adozzjoni ta’ policies ġusti u bilanċjati għall-ħaddiema migranti sabiex jiġi regolat l-impjieg taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Madankollu, huwa essenzjali li l-piż biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi ma jaqax b’mod sproporzjonat fuq dawk li diġà huma fost l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.
Fl-istess waqt, is-soċjetà tagħna għandha tkompli tistinka biex iżżomm u ttejjeb il-livell ta’ protezzjoni soċjali, tħares l-ambjent fiżiku u soċjali, tindirizza l-isfidi marbuta ma’ akkomodazzjoni affordabbli, tnaqqas il-ħela u tnissel kultura ta’ użu responsabbli tar-riżorsi, kontabbiltà u responsabbiltà. Caritas Malta tappella għal responsabbiltà kollettiva biex jintlaħqu dawn l-għanijiet flimkien mal-awtoritajiet ċivili.
VERŻJONI BL-INGLIŻ
CARITAS MALTA – POST-BUDGET REACTION
Malta Budget 2027
Beyond Economic and Social Measures: What Kind of Society Are We Building?
Caritas Malta applauds the range of social measures announced in the 2027 Budget that recognise the importance of continued investment in the wellbeing of individuals, families and communities. Noteworthy are the increases in pensions and the minimum wage, support for persons with disabilities, the coverage of social security contributions for young people who require long-term rehabilitation programmes, and further assistance to families in need. Energy subsidies continue to be a significant measure in containing increases in the cost of daily living. The same applies to the updated tax brackets aimed at encouraging families to bear children.
The government approach for continued collaboration with various socially oriented NGOs on ongoing and new public service agreements is noteworthy. Government support to NGOs, directly contributes to the wider engagement of volunteering and pro-social behaviour in our society.
Caritas Malta also acknowledges the reference to the Low Wage Commission and its work to further evaluate the minimum wage. Increasing tariffs in relation to the registration of pleasure boats appears to be an equitable measure in view of the significant fuel subsidies. One also hopes that the increase in the eco-tax in order to contain the economic, social and environmental ill-effects of high-volume, low-yield tourism will also have the desired effect.
On the other hand, Caritas Malta expresses concern about the measures which will impact third-country nationals (TCNs). Measures that impose tariffs and fees for services that were previously offered free of charge risk reinforcing a distinction between those considered fully deserving of dignity and social protection and those whose presence in Malta is viewed primarily through an economic lens or economic exploitation.
Third-country nationals are now an essential part of our economy and society. Unfortunately, they are also a particularly vulnerable group, whereby a large share of migrant workers in Malta have been exposed to precarious employment arrangements, exploitation and breaches of their employment rights. These include practices that continue to persist, such as significantly lower wages and the failure to provide the legally required double pay for work on Sundays and public holidays. Therefore, increasing economic pressures on third-country nationals amplifies the strain that many already experience, particularly when one also considers the costs of rental accommodation and the high cost of daily living.
Measures relating to third-country nationals that appear to inadvertently fuel perceptions that they are lesser human beings risk damaging the core values of solidarity, justice and compassion that have historically shaped Maltese society. Such measures risk deepening divisions and exposing third-country nationals to an increased risk of discriminatory attitudes and labour practices by those who seek to exploit them.
Malta has been a leader in economic growth and has presented consecutive socially sensitive budgets. This should not be dampened by measures where third-country nationals are expected to bear a greater share of the costs of social measures from which they themselves may not fully benefit while at the same time risk fuelling resentment or discrimination toward them. One also hopes for increased and effective enforcement to curtail those employers who continue to exploit third-country nationals.
In conclusion, Caritas Malta acknowledges the need to address the very real challenges arising from population growth. This requires measures to manage population growth, including the adoption of fair and balanced labour migration policies regulating the employment of third-country nationals. However, it is essential that the burden of addressing these challenges does not fall disproportionately on those who are already among the most vulnerable in our society.
In parallel our society needs to continuously strive to maintain and improve the level of social protection, safeguarding the physical and social environment, addressing significant issues related to affordable housing, reducing waste and instilling a culture of responsible use of resources, accountability and responsibility. Caritas Malta advocates for the collective responsibility to achieve this and for the government to always set the example.

