Parteċipazzjoni rekord għat-Tielet Edizzjoni ta Caritas Run for Life 2025 ’Il fuq minn 1300 persuna jieħdu sehem

Caritas Run For Life 2025 – It-tielet edizzjoni – ġiet fi tmiemha llum il-Ħadd 2 ta’ Marzu fejn fil-post li tant jilqa’ klijenti li jersqu għas-servizzi ta‘ Caritas Malta San Blas, illum il-bibien infetħu beraħ biex laqa’ baħar ta’ persuni li minn kmieni filgħodu bdew jinġemgħu quddiem dan iċ-Ċentru Terapewtiku ta’ riabilitazzjoni mid-droga biex jipparteċipaw f’attività li issa saret appuntament …

Nostalġija – Esebizzjoni tal-Arti minn Don Heywood u Żepp Cassar

Ilbieraħ filgħaxija, fil-Caritas Community Centre tnediet l-esebizzjoni tal-arti Nostalġija, mtella’ mill-artisti Don Heywood u Żepp Cassar b’risq Caritas Malta. L-esebizzjoni kienet inawgurata minn Mons. Martin Micallef, Vigarju Episkopali għall-ħidma fid-djakonija u filwaqt li sellem il-memorja sabiħa ta’ Monsinjur Victor Grech, faħħar lill-artisti li għażlu Caritas Malta biex itellgħu dan ix-xogħol nostalġiku li jeħodna lura għal żmien il-karozzi tal-linja tal-kulur, it-tieqa …

HOPE – KUNĊERT MTELLA’ MINN JOY GOSPEL SINGERS AD UNUR MONSINJUR VICTOR GRECH B’RISQ CARITAS MALTA

Waqt konferenza stampa dalgħodu, tħabbru dettalji dwar il-Kunċert HOPE mtella’ minn Joy Gospel Singers bil-parteċipazzjoni ta’ studenti mill-iskola ta’ St Joseph Mater Boni Consilii tar-Raħal Ġdid. Dan il-kunċert se jittella’ nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Marzu, fit-08 ta’ filgħaxija fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina. Id-Direttur ta’ Caritas Malta is-Sur Anthony Gatt, sellem il-memorja tal-Monsinjur Victor Grech u peress li din …

L-10 TA’ FRAR 2025 – JUM INTERNAZZJONALI GĦALL-EPILESSIJA

Illum l-10 ta’ Frar huwa l-Jum Internazzjonali għall-Epilessija u Caritas Malta Epilepsy Association ħarġet fuljett għal dan il-Jum speċjali biex tkompli toħloq iktar għarfien dwar din il-kundizzjoni li għalkemm isir ħafna ħidma dwarha, sfortunatament għad hawn stigma dwar din il-kundizzjoni. Il-President ta‘ Caritas Malta Epilepsy Association, is-Sur Frank Portelli, ikompli jħeġġeġ lil dawk li huma milquta minn din il-kundizzjoni biex …

Caritas Malta Tirċievi €29,000 mid-dividends ta’ Diċembru 2024 tal-PG Group

Caritas Malta bi pjaċir tħabbar li rċeviet €29,250 (wara t-taxxa €19,097.23) mit-tqassim ta’ dividends ta’ Diċembru mill-PG Group, li jimmarka pass ieħor importanti fil-ħidma ta’ Caritas Malta mal-kumpanija. Dawn id-dividends ġejjin minn ishma li ġenerożament għaddew lil Caritas Malta ħames snin ilu mill-fundatur tal-Grupp, is-Sur Paul Gauci. Din l-inizjattiva tirrifletti l-impenn dejjiemi tas-Sur Gauci u l-familja tiegħu lejn ir-responsabbiltà soċjali …

Titnieda t-Tielet Edizzjoni ta’ CARITAS RUN FOR LIFE – 2 ta’ Marzu 2025 Bil-kollaborazzjoni ta’ St Patrick’s Athletic Club u s-Sapport ta’ Sports Malta

Waqt konferenza stampa Caritas Malta wasslet informazzjoni dwar it-tielet edizzjoni ta’ Caritas Run For Life, li daħlet fil-kalendarju ta’ Caritas bħala attività fiżika annwali. It-tielet edizzjoni ta’ Caritas Run For life, se ssir fit-2 ta’ Marzu 2025 – ġirja jew mixja miċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas Ħaż-Żebbuġ u lura. 10 Km race – 5 Km race – 4Km mixja u …

Opportunitajiet ta’ skambji għall-staff ta’ Caritas Malta ffinanzjati minn Erasmus+

Caritas Malta nediet proġett ffinanzjat minn Erasmus+, li permezz tiegħu offriet opportunità lil 23 persuna li jaħdmu fis-servizzi ta’ riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga ta’ Caritas Malta biex iżuru komunitajiet terapewtiċi madwar l-Ewropa. L-għan ta’ dawn iż-żjarat kien li jiġu skambjati għarfien tax-xogħol u prattiċi tajbin, jiġu diskussi l-mudelli terapewtiċi adottati f’dawn il-komunitajiet, tiġi offruta opportunità ta’ networking, u jiżdied l-għarfien dwar …

TAMA PERMEZZ TAL-IKLA TAL-MILIED TA’ CARITAS MALTA

JITĦABBRU D-DETTALJI TAL-IKLA FIL-KURJA TAL-ARĊISQOF Caritas Malta qed tistieden lill-persuni li jinsabu weħidhom jew m’għandhomx il-mezzi sabiex din is-sena jqattgħu Milied b’dinjità u jiġu jieklu flimkien għall-ikla tal-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Din l-ikla hi turija ta’ mħabba mgħixha fil-konkret u sinjal tanġibbli ta’ Knisja li tilqa’ lil kulħadd. Il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Dun Martin Micallef, qal li din l-ikla li ssir …

CARITAS MALTA TINAWGURA DIGITAL MEDIA LAB FIĊ-ĊENTRU TERAPEWTIKU GĦALL-ADOLEXXENTI TAL-IBWAR

Caritas Malta inawgurat Digital Media Lab fiċ-Ċentru Terapewtiku għall-Adolexxenti tal-Ibwar fil-preżenza tal-Vigarju Episkopali għall-ħidma fid-Djakonija Fr Martin Micallef, l-Onorevoli Ministru Michael Falzon għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, l-Onorevoli Graziella Attard Previ Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal, id-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt u d-Direttur Ġenerali ta’ PPCD Fondi Ewropej Dr Georgina Scicluna. Il-Kordinatur Kliniku tas-servizz ta’ Caritas …

Valletta FC u Caritas Malta jniedu kollaborazzjoni ta’ għarfien u sapport għar- riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga

Il-Kollaborazzjoni tingħata t-tema Bounce Back Valletta FC u Fondazzjoni Caritas Malta jħabbru l-kollaborazzjoni bi skop ta’ għarfien dwar riabilitazzjoni mill-abbuż ta’ droga u wkoll bħala sapport lejn persuni li jinsabu fl-irkupru tagħhom. Din l-inizjattiva tħabbret mid-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt u Claudio Grech President tal-Valletta FC, li timmarka pass importanti fejn tgħaqqad l-isports mas- soċjal. Il-kollaborazzjoni tiffaċilita l-qawwa tal-isport …