“Inħossni ferm tajjeb li qed nagħti lura lis-soċjetà” Residenti f’dar Charles Miceli bdew inizjattiva qabel bdiet il-pandemija tal-Covid-19, li ta’ kull nhar ta’ Erbgħa jmorru f’bajja partikolari jew fil-kampanja u jiġbru skart li jtella’ l-baħar, jew li jħallu warajhom dawk li jkunu marru jgawdu mill-ġmiel tal-bajjiet tagħna u l-kampanja. Din l-inizjattiva kellha tieqaf għal ftit xhur minħabba restrizzjonijiet ta’ saħħa …
Pożizzjoni ta’ Caritas Malta dwar il-White paper favur l-użu responsabbli tal-Cannabis
Caritas Malta position – white paper cannabis 2021 Sommarju bil-Malti: Sommarju Eżekuttiv dwar White Paper għall-użu responsabbli tal-Cannabis – Pożizzjoni ta’ Caritas Malta – 2021 Caritas taqbel mal-pożizzjoni li jekk persuna tuża l-Cannabis jew dipendenti fuq Cannabis (jew xi drogi oħra) ma tintbagħatx il-ħabs u lanqas ma tiċċappas il-kondotta tagħha. Madankollu meta tqis il-potenzjal ta’ ħsara li tagħmel il-Cannabis, Caritas …
Affettwati l-pjanijiet ta’ Caritas Malta għal din is-sena
IL-‘MARATONA TA’ MĦABBA’ MINN CARITAS MALTA Affettwati l-pjanijiet ta’ Caritas Malta għal din is-sena Caritas Malta qed tappella għad-donazzjonijiet tal-pubbliku wara li sar magħruf mill-kumpanija GO li s-somma miġbura fil-‘Maratona ta’ Mħabba’ li xxandret fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali fl-14 ta’ Novembru li għadda, kienet fil-fatt ta’ €424,170 u mhux ta’ €668,280. Dan wara li Caritas Malta ġiet infurmata li minħabba …
Reazzjoni ta’ Caritas Malta, Fondazzjoni Oasi u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija f’Malta dwar il-White Paper dwar l-użu tal-Cannabis
Proposta li tinnormalizza l-użu u tista’ tolqot ħażin lis-soċjetà L-organizzazzjonijiet imsemmija jesprimu t-tħassib serju tagħhom dwar numru ta’ riformi hekk proposti fil-White Paper dwar ‘l-użu responsabbli tal-Cannabis’. Din il-White Paper tipproponi bidla fundamentali fid-direzzjoni lejn iktar aċċettazzjoni tal-kultura tal-użu tal-Cannabis. F’soċjetà demokratika nirrispettaw id-djalogu u nifhmu li l-politiku jiġi konfrontat b’vuċijiet u interessi diversi. Fil-liġi hekk kif proposta tidher li …
Caritas Malta, Fondazzjoni Oasi, Aġenzija Sedqa u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija f’Malta dwar l-użu tal-Kannabis u implikazzjonijiet għal-liġi
Caritas Malta, Fondazzjoni Oasi, Aġenzija Sedqa u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija f’Malta dwar l-użu tal-Kannabis u implikazzjonijiet għal-liġi Hawn, flimkien, qed noħorġu din l-istqarrija bħala l-kontribut tagħna għad-diskussjoni pubblika: Żviluppi pożittivi: L-ESPAD (Sedqa, 2019) qed jindika li 12% ta’ adolexxenti ta’ 15-il sena qalu li ppruvaw il-cannabis f’ħajjithom. Din ir-rata baqgħet stabbli mill-2015. Pjuttost kien hemm tnaqqis żgħir. Din ir-rata hi ferm …
A new Caritas Poverty Observatory Study
Caritas-Poverty-Observatory-on-Access-to-Services-Too-High-to-Pass-2020 Caritas Europa, together with Caritas Italy, Czech Republic, Latvia and Malta, presents a study on access to public services in the frame of the Caritas Poverty Observatories, a regional effort that collects data as a way to identify the structural causes of poverty and social exclusion. The Caritas Poverty Observatories make recommendations to authorities at all levels about the …
GRADWAZZJONI 2020 FONDAZZJONI GĦAR-RIABILITAZZJONI MILL-ABBUŻ TAD-DROGA
12-il persuna jiggradwaw mill-programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga Il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju 2020 se jibqa’ mfakkar fil-kalendarju ta’ Caritas Malta għal Gradwazzjoni b’differenza. Għal bosta snin li għaddew, il-gradwazzjoni ta’ numru ta’ persuni li jkunu temmew b’suċċess il-programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga, sar fil-grounds ta’ San Blas, l-istess post fejn għal diversi xhur dawk li jagħmlu programm, jgħixu f’komunità terapewtika. Għal din …
UFFIĊĊJU TEMPORANJU GĦAL CARITAS MALTA
B’din l-istqarrija, Caritas Malta tixtieq tħabbar li l-uffiċċju ċentrali u amministrattiv kif ukoll is-servizzi ġeneriċi ta’ assistenza soċjali (mhux residenzjali) imxew mill-binja tal-Kurja tal-Arċisqof għall-uffiċċju temporanju f’Santa Venera. Għal dawn l-aħħar 40 sena l-uffiċċju ċentrali ta’ Caritas Malta kien jopera mill-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana. Din iċ-ċaqliqa qed issir bħala parti mix-xogħol ta’ restawr u manutenzzjoni li qed isir fil-Binja tal-Kurja. L-indirizz …
COVID-19 SOLIDARITY BOXES
Konferenza Stampa Konġunta Il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju 2020 Caritas Malta flimkien ma’ Home Economists in Action ippreżentaw: COVID-19: Kaxxi ta’ Solidarjetà – Għajnuna għall-benesseri tal- familji fil-bżonn Caritas Malta flimkien ma’ Home Economists in Action ħadmu fuq proġett ta’ Kaxxi ta’ Solidarjetà fejn qed jiġu proposti bħala forma ta’ appoġġ ta’ emerġenza għall-familji fil-bżonn matul dan il-perjodu ta’ sfida. L-għan …