
Titnieda r-4 Edizzjoni ta’ Caritas Run for Life – 1 ta’ Marzu 2026
January 26, 2026
Caritas Malta Epilepsy Association Tfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Epilessija b’Avveniment tat-Titjir tat-Tajr
February 6, 2026Nhar il-Ħamis, 5 ta’ Frar 2026, fl-okkażjoni tal-ewwel sena mill-mewt ta’ Monsinjur Victor
Grech, tħejja programm ta’ tifkira b’kollaborazzjoni bejn Caritas Malta u l-Parroċċa u l-
Kunsill Lokali Tal-Ibraġ.
Dakinhar, fit-8am, il-ħin li għal snin twal kien iqaddes Mons. Grech fil-Parroċċa Tal-Ibraġ,
se tkun ċelebrata quddiesa mill-Kappillan Fr Brian Gialanzè.
Wara l-quddiesa ssir mixja lejn Ġnien Monsinjur Victor Grech fis-Swieqi fejn jitpoġġew
fjuri quddiem il-bust tiegħu li kien inawgurat ftit xhur wara mewtu, xogħol l-artist Indri Attard.
Jattendu għal din l-attività wkoll is-Sindku u l-kunsillieri tal-lokalità. Wara jkun hemm
mument ta’ soċjalizzazzjoni u kafè għal dawk li jattendu fis-sala tal-Kunsill Lokali.
Il-Ħamis stess, fis-6.30pm, ikun hemm quddiesa oħra ċelebrata minn Monsinjur Martin
Micallef, Vigarju Episkopali għall-ħidma fid-Djakonija, Monsinjur Charles Cordina u Fr Paul
Chetcuti SJ u animata mill-kantanti Nadine Axisa u Alwyn Borg Myatt bis-sehem tal-organista Richard Caruana.
Fis-7pm tibda adorazzjoni b’xi riflessjonijiet rekordjati ta’ Dun Victor Grech kif ukoll qrar
u direzzjoni spiritwali.
Caritas Malta, flimkien mal-Parroċċa u l-Kunsill Lokali Tal-Ibraġ, jistiednu lill-pubbliku li
jixtieq jattendi, flimkien ma’ staff, voluntiera u persuni li matul is-snin irċevew servizz u
sapport mill-Caritas, għal din il-kommemorazzjoni b’tifkira ta’ Monsinjur Victor Grech.
Tfakkar ukoll li l-ktieb INĦOBBKOM, li jiċċelebra l-ħajja tal-Monsinjur, jista’ jkun
akkwistat waqt dawn l-attivitajiet jew jinkiseb mill-Agenda Bookshops f’Malta u Għawdex.


